Crimson Rosella (Red Crimson)
Familja
Psittacidae
Isem Xjentifiku
Platycercus elegans
Grupp Bażiku tal-Annimali
Għasafar
Dieta
Omnivori
Tul
~26-36cm
Piż
~120-170g
Medda tal-Ġwienaħ
~16-19cm
Perjodu t'Inkubazzjoni
~20 ġurnata
Teqieda (Bejta)
~1-2bejtiet/sena
(~3-8 bajdiet/bejta)
(~3-8 bajdiet/bejta)
Oriġini
Lvant u Nofsinhar tal-Awstralja
Għomor
~10-20 sena
Karatteristiċi
Fatti Divertenti
- Fiż-żmien tat-tagħmir in-nisa għandhom it-tendenza li jeqirdu l-bajd ta’ bejtiet oħrajn u din hija l-ikbar kawża għalfejn il-bajd ma jfaqqasx.
- Huma biss in-nisa li joqogħdu qroqqa fuq il-bajd li jkun ta’ lewn abjad sakemm ifaqqsu iżda mbagħad ir-raġel flimkien mal-mara jgħinu biex jieħdu ħsieb il-flieles.
- L-irġiel huma 15% akbar fid-daqs min-nisa.
- Huma għasafar vokali ħafna u jagħmlu diversi ħsejjes inkluż l-għajta l-aktar komuni ta’ żewġ sillabi ‘cussik-cussik’.
- Ix-xjentisti ddokumentaw l-eżistenza tagħhom mit-tmintax-il seklu meta ngħataw l-isem uffiċjali tagħhom.